Liverpool jinsabu biss sitt rebħiet bogħod mir-rebħ tal-Premier League meta għelbu lil Southampton 3-1. Kienu s-Saints li fetħu l-iskor qabel il-mistrieħ permezz ta’ Will Smallbone. Liverpool wettqu rimonta fit-tieni taqsima b’gowls minn Darwin Nunez u żewġ penalties ta’ Mohamed Salah.
Nottingham Forest komplew juru l-potenzjal tagħhom meta għelbu liċ-champions Manchester City 1-0. Il-gowl tar-rebħa wasal fit-83 minuta permezz ta’ Callum Hudson-Odoi.
Brighton kisbu rebħa ta’ 2-1 fuq Fulham. Raul Jimenez poġġa lil Fulham fil-vantaġġ wara 35 minuta. Brighton dawru l-partita b’gowls ta’ Jean Paul van Hecke fil-41 minuta u penalty ta’ Joao Pedro fl-aħħar sekondi tal-partita.
Rebħa minima ta’ 1-0 għal Crystal Palace fuq Ipswich Town. Il-gowl deċiżiv kien skorjat fit-82 minuta minn Ismaila Sarr.
Bl-istess skor Aston Villa barra minn darhom għelbu lil Brentford. Il-gowl li ddeċieda dan il-konfront wasal fid-49 minuta permezz ta’ Ollie Watkins.
Fil-partita ta’ tard filgħaxija, Wolves u Everton ħadu punt kull wieħed fi draw ta’ 1-1. Jack Harrison poġġa lil Everton fil-vantaġġ fit-33 minuta biex mbagħad seba’ minuti wara kien Marshall Munetsi li għamilhom 1-1.
//= $special ?>