Internazzjonali

Ma jaqtgħu xejn l-attakki mill-armata Russa

Ritratt: Sky News

Attakk mill-armata Russa ħalla tal-anqas 20 persuna mejta f’diversi żoni qrib Donetsk u Kharkiv, fl-Ukrajna.

F’dan r-raid intlaqtu 8 binjiet u blokka amministrattiva.

L-attakk ħalla ukoll tal-anqas 30 persuna midruba, fosthom ħamest itfal.

Dan filwaqt li eżatt wara li Donald Trump ħabbar li se jimponi sanzjonijiet ġodda fuq il-Kremlin, jekk ma jintlaħaqx ftehim ta’ paċi bejn l-Ukrajna u r-Russja.

Intant, il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky qal li dawn l-attakki juru li l-għanijiet tar-Russja f’din il-gwerra ma nbidlux u saħaq ukoll li jridu jiiżdiedu is-sanzjonijiet fuq ir-Russja.

Barra minn hekk, dawn l-attakki li seħħew matul il-lejl, jiem wara li l-Istat Uniti waqqaf l-għajnuna militari u tal-intelligenza lill-Ukrajna.

Għaldaqstant, l-Ukrajna kompliet bil-kontro-offensiva tagħha kontra r-Russja, bil-Ministeru tad-Difiża jgħid li waqfu 31 drones fuq it-territorju Russu, il-Ġimgħa filgħaxija.