Bħalissa għaddejin diskussjonijiet mal-European Broadcasting Union u mal-artista sabiex tinstab soluzzjoni li tirrispetta d-deċiżjoni tal-EBU u n-narrattiva oriġinali tal-kanzunetta.
Hekk iddikjara l-Kap Eżekuttiv tal-PBS Keith Chetcuti meta kien intervistat mill-Professur Andrew Azzopardi is-Sibt filgħodu fejn insista li l-kelma ‘kant’ ġiet iċċensurata mill-EBU.
Is-CEO qali li sa nhar it-Tnejn iridu jiġu preżentati l-addattamenti l-ġodda, sabiex Malta tkun konformi mar-regolamenti li qed tikkwota l-EBU. Iżda insista li l-kanzunetta se tibqa’ l-istess. U mhu se jinbidel xejn mill-addattament artistiku.
Keith Chetcuti qal li d-deċiżjoni finali se tkun qed titħabbar lill-pubbliku.
Il-festival tal-Eurovision din is-sena se jsir fl-Iżvizzera f’Mejju li ġej.
//= $special ?>