Lokali

“Qed nipprovaw insibu t-triq tan-nofs” – Miriana Conte fuq Newsnight

Ritratt: Youtube

“Qed nipprovaw insibu t-triq tan-nofs biex kemm aħna u anke l-EBU jkunu kuntenti f’din is-sitwazzjoni”.

Kien dan li stqarret il-kantanta Miriana Conte – li se tkun qed tirrappreżenta lill-pajjiżna fil-Eurovision Song Contest, meta kienet intervistata fuq Newsnight.

Fejn hija spjegat li l-użu tal-kelma ‘Kant’, ma kien bl-ebda mod li tinħoloq kontroversja, kien sempliċiment il-messaġġ li riedet twassal permezz ta’ din il-kanzunetta.

F’intervista ta’ madwar ħames minuti, il-preżentatur spjega wkoll illi kien hemm l-għajdut li kien propju l-BBC illi għamlet rapport dwar il-kanzunetta mal-EBU, bil-preżentatur jgħid illi meta mistoqsijiet dwar dan, il-BBC, la ċaħdet u lanqas ikkonfermat li kienet propju hi li xeħtet ir-rapport.

Intant, Miriana Conte, qalet li pajjiżna huwa determinat illi jwassal il-messaġġ tad-diska ‘Kant’.