Futbol Sport

Rimonta kruċjali minn Inter, Milan jirritornaw għar-rebħ

(Ritratt: EPA)

Inter kisbu rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Monza. Monza fetħu vantaġġ doppju permezz ta’ Samuele Birindelli u Keita Balde. Inter naqsu l-iskor qabel il-mistrieħ permezz ta’ Marko Arnautovic. Hakan Calhanoglu ġab l-iskor indaqs fl-64 minuta qabel ma’ fis-77 minuta kien awto-gowl ta’ Giorgos Kyriakopoulos li għamel l-iskor 3-2.

Milan irritornaw għar-rebħ meta barra minn darhom għelbu lil Lecce 3-2. Milan kellhom żewġ gowls fl-ewwel taqsima mħassrin permezz tal-VAR, iżda kienu Lecce li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Nikola Krstovic. L-istess plejer għamilhom 2-0 fit-tieni taqsima. Ir-rimonta ta’ Milan bdiet fit-68 minuta b’awto-gowl ta’ Antonio Gallo. Żewġ gowls ta’ Christian Pulisic fit-73 u l-81 minuta dawru l-partita favur Milan.

Draw ta’ 2-2 bejn Parma u Torino. Eljif Elmas fetaħ l-iskor għal Torino wara 19-il minuta. Mateo Pellegrino għamilhom 1-1 mas-siegħa logħob. Che Adams reġa poġġa lil Torino fil-vantaġġ fit-72 minuta iżda fit-82 minuta kien Mateo Pellegrino li għamel l-iskor 2-2.

Como u Venezia wkoll temmew fi draw bl-iskor ta’ 1-1. Jonathan Kone poġġa lil Como fil-vantaġġ. Il-gowl tad-draw minn Venezia kien skorjat permezz ta’ penalty ta’ Chris Gytkjaer fil-ħin mogħti żejjed fi tmiem il-partita.