Internazzjonali

Sparatura f’Toronto tħalli 12-il persuna midruba

Il-Pulizija ta’ Toronto qed tfittex tliet persuni suspettati b’rabta ma sparatura li seħħet fi stabbiliment tad-divertiment fil-belt Kanadiża ta’ Toronto, li ħalliet 12-il persuna midruba.

L-inċident seħħ tard il-Ġimgħa filgħaxija qrib iċ-ċentru ta’ Scarborough f’Toronto, fejn sitt vittmi sofrew ġrieħi ħfief minn tiri ta’ arma tan-nar.

Fortunmant, l-ebda wieħed mill-midruba ma jinsab f’qagħda kritika.

Intant, il-pulizija ta’ Toronto kkonferma li wieħed mill-persuni suspettati ħarbu minn fuq il-post b’karozza.

Madankollu, l-awtoritajiet Kanadiżi għaddejjin bi tfittxija għal persuni nvoluti f’dan l-inċident u qed jappellaw għall-għajnuna tal-pubbliku.