F’Old Trafford, Arsenal kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Manchester United, liema riżultat kompla jressaq lil Liverpool eqreb lejn it-titlu. Kienu Manchester United li kontra x-xejra tal-logħob fetħu l-iskor qabel il-mistrieħ permezz ta’ freekick minn Bruno Fernandes. Arsenal wettqu reazzjoni fit-tieni taqsima u ġabu l-iskor indaqs fl-74 minuta permezz ta’ Declan Rice.
Tottenham Hotspur u Bournemouth ħadu punt kull wieħed f’partita li pproduċiet erba’ gowls fi draw ta’ 2-2. Kienu Bournemouth li fetħu vantaġġ doppju b’gowl f’kull taqsima minn Marcus Tavernier u Evanilson. Ir-rimonta ta’ Tottenham bdiet fis-67 minuta l-ewwel permezz ta’ Pape Matar Sarr. Il-gowl tad-draw wasal fl-84 minuta minn penalty ta’ Son Heung-min.
Rebħa minima għal Chelsea meta għelbu lil Leicester bl-iskor ta’ 1-0. Cole Palmer kellu ċ-ċans li jpoġġi lill-Blues fil-vantaġġ permezz ta’ penalty iżda naqas milli jagħmel dan. Chelsea skorjaw il-gowl li ddeċieda l-partita fis-60 minuta permezz ta’ Marc Cucurella.
//= $special ?>