Lokali

Clayton Bartolo u Amanda Muscat bl-assi friżati

L-assi tal-ex Ministru Clayton Bartolo u tal-mara tiegħu Amanda Muscat ġew temporanjament friżati.

Dan b’rabta ma’ flus li hi allegatament ħadet minn tixħim.

Il-Ministru Clayton Bartolo kien irreżenja meta lura f’Novembru tas-sena l-oħra it-Times of Malta żvelat kif Amanda Muscat akkwistat ħlasijiet li kienu suspettati bħala kickbacks mill-kuntratt tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu li ngħata liċ-ċiklist Taljan Valerio Agnoli.

It-Times kienet irrapurtat li Muscat irċiviet total ta’ €50,000 minn kumpanija Żvizzera mmexxija minn Agnoli bl-isem A&O Opportunity – b’sorsi jimplikaw li dan kien xi forma ta’ ringrazzjament tal-kuntratt li hu ingħatalu mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. Awtrotà li kienet taqa’ taħt il-Ministeru ta’ Calyton Bartolo.

Wara dan kollhu bdiet investigazzjoni biex issa Clayton Bartolo u l-mara Amanda Muscat għandhom ordni ta’ friżar temporanja sabiex jiġi stabbilit ir-reat li seħħ – dan apparti li hemm provi sostanzjali li xprunaw din id-deċiżjoni għal friżar ta’ assi.

Il-Partit Nazzjonalista kien sa mill-bidu nett sejjaħ għar-riżenja tal-Ministru Bartolo…b’rabta mal-istejjer kollha li kien hemm involuta fihom Amanda Muscat.

Clayton Bartolo kien irreżenja wara li – f’każ separat – il-mara tiegħu ingħatat job mal-Ministeru ta’ Għawdex, madanakollu l-ħabib tiegħu l-Ministru Clint Camilleri…il-persuna li ta l-istess job l-Amanda Muscat, għadu fil-Kabinett, b’Abela baqa’ anke s’issa jiddefendi lil Ministru ta’ Għawdex.