Lokali

“Ejjew ningħaqdu bħala poplu wieħed sabiex nipproteġu lil Malta tagħna” – Stanley Portelli

Ritratt: Joseph Galea

Stanley Portelli, avukat żagħżugħ Għawdxi beda’ mill-ewwel billi rringrazzja l-folla preżenti talli attendew għal din il-protesta.

Hu saħaq li dan il-Gvern falla – falla għaliex matul dawn l-aħħar 12-il sena, il-Gvernijiet Laburisti difen lil gżira għawdxija b’bini ikrah u żvilupp li mhu xejn sostennibli. Gvern li ħalla Għawdex minajr viżjoni b’konnetività tat-tielet klassi – bil-Gvern qed iħallas l-eluf kuljum għal vapur bħan Nicholaus, vapur li ma jilħaqx l-istandards meħtieġa.

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Hu semma’ wkoll il-każ tal-Vitals – fejn l-Għawdxin sfaw vittma ta’ frodi mill-barranin b’kollużjoni mal-Gvern. Bil-gżira Għawdxija s’issa għadha bla Sptar ġdid.

Stanley Zammit fakkar kif l-istituzzjonijiet tagħna matul dawn is-snin ġew abbużati – bi Gvern li iktar moħħu kif ser isalva ġildu milli kif ser jara’ li ssir ġustizzja vera u dawk li għamu l-ħażin għal skapitu tal-poplu jpattu ta’ għemilhom.

Hu għalaq billi sostna li l-pajjiż irid jingħaqad sabiex nissalvagwardjaw lil Malta u Għawdex tagħna minn dal-ħafna kriżijiet.

Ritratt: Joseph Galea