
Giancarlo Goncalves skorja wara kwarta logħob għal Mosta (Ritratt: Josef Fitzpatrick)
ĦAMRUN SPARTANS…………..1
MOSTA……………………………..2
Ħamrun S: H.Bonello, M.Ellul (R.Camenzuli 60’), S.Borg (M.Rocha 90’), S.Xerri, J.Mbong (L.Montebello 46’), R.Prsa, J.Cadenovic (E.Bruno 80’), R.Mihana, E.Marcelina, C.Claros, R.Lopes
Mosta: A.Demba, P.Afriyie, S.Cachoa, J.Arthur , C.Eke (M.Bolanos 78’), S.Kone (J.Agyemang 67’), G.Goncalves, C.Failla, G.Sciberras (N.Agius 46’), C.Gabriel, J.Texeira
Imwissija: R.Lopes 90’
Skorjaw: C.Claros 68’ (Ħ), G.Gonvalves 15’, C.Gabriel 79’ (M)
Referee: Ishamel Barbara
Assistenti Referees: Luke Portelli u Mark Ciantar
Mosta għelbu lil Ħamrun Spartans għat-tielet darba dan l-istaġun, din id-darba bl-iskor ta’ 2-1.
B’din id-darba l-Mostin iżjed fiċ-ċans li jispiċċċaw mal-ewwel 6.
Mosta marru fil-vantaġġ wara kwarta logħob minn Giancarlo Goncalves hekk kif il-Mostin ikkaptilazaw fuq żball ta’ Mbong.
Mosta fallew penalty ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima hekk kif Clayton Failla ma rnexxielux jegħleb lil Bonello
Fit-68 minuta, Cesar Alejandro Claros agħmel l-iskor b’daqqa ta’ ras.
Mosta jerġgħu jmorru fil-vantaġġ fid-79 minua minn Chiemzue Gabriel.

Roko Prsa jaqbeż għal daqqa ta’ ras (Ritratt: Josef Fitzpatrick)
//= $special ?>