Futbol Sport

Hibernians idawru telfa f’rebħa f’partita missielta kontra Naxxar Lions

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Lucas Villela ta’ Hibernians jippressa lil Bacary Sane ta’ Naxxar Lions (Ritratt: Josef Fitzpatrick)

HIBERNIANS…………..3

NAXXAR LIONS………2

Hibernians: P.Nino, K.Shaw, L.Villela, K.Fraga, B.Kristensen, D.Xuereb (M.Carvalho 72’), R.Ribeiro, I.Chukunyere, S.Sorokin (J.Portelli 90’), A.De Souza Silva, M.Ellul (T.Eviparker 90’)

Naxxar L:  M.Debono, N.Micallef, B.Sane (O.Opajobi 83’), N.Pace Cooks, E.Orlando, E.Farias, H.Coelho, H.Martins, M.Da Silva, F.Pereira, J.Cardoso

Imwissija: H.Martins 24’, B.Sane 80’

Skorjaw: L.Villela 14’, 22’, D.Xuereb 30’ (H), E.Farias 4’, E.Angulo 38’ (N)

Referee: Emanuel Grech

Assitenti Referees: James Muscat u Shaun Calleja

Hibernians għelbu lil Naxxar Lions f’parttta kumbattuta fejn kienu skurjati xejn inqas minn ħames gowls, bil-gowls kollha jaslu fl-ewwel taqsima. B’din ir-rebħa Hibernins iżommu posthom mal-ewwel sitta, filwaqt li Naxxar Lions baqgħu mweħħlin fil-qiegħ tal-klassifika.

Il-Lions ħasdu lill-avversarji hekk kif wara biss 4 minuti logħob permezz ta’ azzjoni mil-lemin ta’ Da Silva li xeħet balun twil lejn Bolanos b’dan tal-aħħar jilagħab lejn Farias li jixħet ġewwa mill-viċin.

Hibernians jagħmlu l-iskor indaqsm wara 10 minuti logħob meta ż-żgħażugħ Chukunyere qassam lil Villela li għeleb tajjeb il Debono.

Fit-22 minuta jerġgħa jkun Villela li din id-darba jiskorja gowl mill-isbaħ wara li jaqbeż id-difensur tajjeb u jitfa’ fix-xibka bi preċizjoni.

Hibernians skorjaw itt-tielet gowl tagħhom wara nofsiegħa logħob b’freekick mill-isbaħ ta’ Dexter Xuereb bil-ballun jaħbat mal-lasta u jitħol ġewwa.

Naxxar Lions skorjaw gowl lura fit-38 minuta permezz ta’ Angulo, madankollu -Lions ma jirnexxielhomx iwettqu r- rimonta.