Dejjem aktar Slovakki qed jesprimu rabja kbira wara li l-Prim Ministru tas-Slovakkja, Robert Fico, kattar il-politika domestika b’mod li tiffavorixxi lir-Russja – u meta hu qed jesprimi atteġġjament dejjem aktar ostili fil-konfront tal-Ukrajna,
Fico ilu żmien jintroduċi politika intiża ‘biex togħġob lill-Kremlin’ u bħalissa folol kbar ta’ Slovakki qed jipprotestaw fit-toroq ta’ Bratislava kif ukoll fi bliet oħra…Dimostrazzjonijiet li fihom spikkaw il-messaġġi kontra l-populiżmu u dwar ‘il-perċezzjoni ħażina tas-Slovakkja’ f’għajnejn l-Istati Ewropej oħrajn,.
L-għadab għal Fico, politiku populista, żdied f’pajjiżu wara li hu, f’Diċembru, mar f’Moska għal taħditiet mal-President Russu Vladimir Putin….Żjara rari fil-Kremlin minn Kap ta’ Stat-membru tal-Unjoni Ewropea mindu l-qawwiet Russi invadew lill-Ukrajna fi Frar tal-2022.
Numru qed jiżdied ta’ Slovakki qed jakkużaw lil Fico b’li qed ibiegħed pajjiżu mill-Ewropa u fost is-sejħiet ripetuti għar-riżenja tiegħu. Il-Prim Ministru anki hedded biex joħroġ is-Slovakkja mill-UE, f’pass li rrabja bil-kbir lil ħafna Slovakki.
L-aħħar rallies saru fiċ-ċentru ta’ Bratislava u f’xi 40 belt ieżor madwar il-pajjiż – kif ukoll fost is-Slovakki li jgħixu barra pajjiżhom. Id-dimostranti referew għal Fico bħala ‘traditur’ fost l-insistenza li s-Slovakkja kienet, għadha u se tibqa’ Ewropea.
Il-Prim Minsitru Slovakk anki qanqal din il-mewġa kontra tiegħu minħabba l-kummenti negattivi dwar il-futur tal-isħubija tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea u n-NATO.
Dan waqt li dejjem aktar Slovakki anki qed jikkundannaw l-attivitajiet tal-aktar uffiċjali qrib ta’ Fico u li dehru li saru speċifikament ‘bħala messaġġ ċar ta’ appoġġ lill-Kremlin’.
Fil-fatt, Erik Kaliňák, il-konsulent ewlieni ta’ Fico, iġġenera rabja partikulari bil-kumment li ‘is-Slovakkja għandha jkollha ġar li tista’ torbot fuqu f’sitwazzjoni fejn ir-Russja tegħleb lill-Ukrajna u taħtaf il-kontroll ta’ artha.’
//= $special ?>