Mat-tokki ta’ nofsillejl, ir-raġel li kien ilu 16-il siegha fuq l-Elizabeth Tower…spiċċa ċeda, u niżel mal-forzi tal-emerġenza.
Kien kmieni is-sibt filghodu meta dan ir-raġel tela’ ma’ dan it-torri ħafi…iżomm bandiera Palestinjana.
Hu kien arrestat mal-mument li niżel. Bit-tim tal-emerġenza iqatta’ l-jum tas-Sibt fuq cherry picker jipprova jinnegozja u jikkonvinċi lil dan ir-raġel biex jinżel minn fuq il-Big Ben.
Ir-raġel li kien liebes keffiyeh fuq rasu, tella’ bosta filmati fuq il-paġna tiegħu ta’ Instagram fejn fost oħrajn qal li l-pjan tiegħu kien li jibqa’ hemm għal tliet ijiem u nofs – iżda dan ma seħħx.
Intant, il-każ qajjem ukoll diversi domandi dwar is-sigurtà f’din iz-zona tant sensittiva biswit il-Parlament Ingliż.
//= $special ?>