Colin Schembri
Betsson Depiro……………63
Valletta Lioneses…………35
(20-7)(18-11)(15-12)(10-5)
Betsson Depiro għelbu lil Valletta Lions fl-aħħar partita tagħhom fl-istaġun regolari u issa jaffrontaw lil Hibernians fis-semi-finali tal-play-offs li jibdew fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla. Għal Valletta din kienet l-aħħar dehra tagħhom għal dan l-istaġun li rahom jiddebuttaw fil-basketball femminili. Għal din il-partita l-coach ta’ Depiro Julian Naudi serraħ diversi players bħal Leanne Sciberras, Claire Ciantar u l-Amerikana Janai Crooms fil-waqt li diversi players żgħażagħ kellhom ħin twil fuq il-court. Depiro bdew b’saħħithom mill-ewwel, jikkontrollaw il-logħba grazzi għal punti minn Julia Borg u Kristy Galea. Valletta żammew il-pass sa’ nofs is-sessjoni tant li kien hemm distakk ta’ punt sal-ħames minuta 6-5. Hawn pero Valletta għamlu run ta’ 14-2 bi trippli ta’ Julia Borg Xerri u Neve Borg flimkien ma’ Nicole Agius għal skor ta’ 20-7. Fit-tieni taqsima, Depiro bdew b’sitt punti oħra mingħajr risposta. Valletta Lioneses wieġby permezz ta’ Sabrina Abugrin u Taiisha Nikishina. Depiro komplew bi break ta’ 8-3 biex sat-tmiem it-taqsima kabbru l-vantaġġ għal 38-18.
Fit-tielet taqsima, Depiro komplew ikunu effettivi fosthom bi trippla ta’ Julianne . Magri. Valletta kellhom risposta minn Nicole Montalvo u Nicole Caruana
iżda Depiro baqgħu jikkontrollaw b’żewġ trippli minn Agius u temmew it-taqsima fuq quddiem 53-30. Fl-aħħar taqsima, il-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat fejn Depiro kellhom fost l-oħrajn 3 baskets konsekuttivi b’Caruana u Mifsud jirrispondu għal Valletta. Neve Borg u Julia Borg Xerri għamlu l -aħħar baskets tal-partita hekk kif Depiro ħarġu rebbieħa 63-35.
Betsson Depiro: Ni. Agius 10, J. Borg Xerri 7, J. Magri 5, J. Mallia 2, No. Agius, J. Borg 7, M. Micallef, N. Borg 11, K. Galea 8, J. Borg Cardona 7, H. Farag 6.
Valletta: S. Abugrin 6, N. Caruana 4, A. Caballero 2, M. Mifsud 4, A. Nikishina 9, N. Montalvo 4, T. Nikishina 6.
Referees: Nicky Azzopardi, Gianfranco Russo.
Hibernians……….111
Athleta…………….38
(27-13)(34-10)(27-5)(23-10)
Athleta wkoll sellmu l-istaġun 2024/2025 bl-aħħar partita tagħhom kontra Hibernians li issa jkomplu bil-logħob tal-play-offs. Kienet partita aktar diffiċli għall-Athleta li kienu mingħajr l-aqwa skorer tagħhom, l-Amerikana Kennedi Williams. Għal Hibs, il-coach Charles Bonnici dawwar il-players kollha u Hibs urew waqtiet posittivi f’ċertu waqtiet tal-partita. Hibernians iddominaw il-partita mill-bidu nett, fejn punti minn Andie Saliba u Maria Bonett fetħu b’run ta’ 12-2 fi ftit minuti. Wara basket minn Anthea Micallef għall-Athleta, Ashiala Jackson u Steffi De Martino komplew iżidu l-iskor għal Hibs hekk kif l-ewwel taqsima ntemmet 27-13 favur Hibs. Fit-tieni taqsima, Athleta fetħu bi trippla minn Martina Ferrante qabel ma Hibernians komplew bi break ta’ 16-2 b’diversi punti ta’ Jackson, De Martino u Julija Dabic. Nicole Vella kisbet il-punti tal-Athleta però Hibs komplew jiddominaw u għamlu run ta’ 18-2 bil-punti ta’ Kaya Calleja, Dabic u Marie Buhagiar biex daħlu jistrieħu 61-23 minn fuq.
Fit-tielet sessjoni l-andament tal-partita baqa’ l-istess fejn Hibs fetħu b’żewġ trippli minn Saliba u Buhagiar. Wara basket minn Ferrante għall-Athleta, Hibs għaqqdu run oħra ta’ 15-0 bi trippla ta’ De Martino u punti minn Dabic u Saliba għal skor ta’ 88-28. Fl-aħħar taqsima, Hibs baqgħu jikkontrollaw il-logħba fejn għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Eliza Farrugia fl-aħħar minuti tal-logħba. Athleta għamlu l-aħħar punti tagħhom minn Kaya Abela u Michela Zammit Pickard qabel ma’ Hibs għalqu l-partita bi 11 -il punt ieħor mingħajr risposta hekk kif ħarġu rebbieħa fuq skor finali ta’ 111-38.
Hibernians: M. Buhagiar 13, E. Farrugia 9, E. Cassar, A. Saliba 11, J. Abela 3, M. Bonett 8, K. Calleja 8, S. De Martino 17, A. Jackson 18, A. Mallia, J. Dabic 24.
Athleta: B. Agius 1, M. Ferrante 5, N. Vella 7, M. Cassar Pickard 2, F. Sant, A. Micallef 6, J. Cipriott 5, Ke. Abela 4, C. Caruana, Ka. Abela 4, L. Camilleri 4, A. Pisani.
Referees: Andre Attard, Wendell Lim
Starlites JSD……………..50
Caffè Moak Luxol…..66
(10-22)(13-20)(16-12)(11-12)
Starlites JSD u Caffè Moak Luxol iltaqgħu fl-aħħar partita tal-istaġun regolari, ġimgħa qabel ma jibdew is-semifinali tal-play-offs kontra xulxin. Ir-rebħa marret għand it-team ta’ Luxol li b’hekk spiċċaw fit-tieni post u Starlotes fit-tielet post. Starlites inkludew players bħal Martina Costa u Lisa Marie Zammit fil-waqt li Luxol kellhom lura lil Vanya Baldacchino u Jada Said però kienet nieqsa Sarah Pace. Luxol bdew jibnu l-vantaġġ kmieni fl-ewwel sessjoni fejn kellhom punti minn Anna Fenech Pace u Srah Fenech Pace. Starlites kellhom risposta minn Michela Zammit Cordina però d-dħul ta’ Rebecca Naudi issarraf f’sitt punti għal vjola li fetħu vantaġġ ta’ 10 punti fit-8 minuta 18-8. Sa’ tmiem it-taqsima, Luxol irnexxielhom ikabbru l-vantaġġ għal 12 –il punt wara punti minn Brandi Huffhines għal skor ta’ 10-22. Fit-tieni sessjoni, wara basket minn Ylenia Bonnett, Luxol għamlu run ta’ 10-0 bi trippli minn Vanya Baldacchino u Josephine Diaby. Wara time-out minn Peter Shoults, Starlites għamlu sitt punti mingħajr risposta però Luxol malajr wieġbu bi trippli ta’ Huffhines flimkien ma’ Diaby u Anna Fenech Pace u daħlu jistrieħu 42-23 minn fuq.
Il-bidu tat-tielet taqsima kien bilanċjat għalkemm Baldacchino għamlet trippla oħra għal Luxol. Starlites kellhom sitt punti mingħajr risposta minn Zammit Cordina u Christina Curmi. Luxol wieġbu permezz ta’ Diaby però Napoleon għamlet 4 punti oħra għal Starlites. Luxol reġgħu kabbru l-vantaġġ wara punti minn Diaby u Huffhines għal skor ta’ 39-54. Fl-aħħar sessjoni kien hemm sitt punti mingħajr risposta minn Luxol qabel ma Bonett wieġbet bi trippla għal Starlites. Starlites komplew bi break ta’ 7-2 bi trippla ta’ Curmi però l-vantaġġ tal-Luxol kien komdu u huma kkontrollaw sat-tmiem u ħarġu rebbieħa 66-50.
Starlites JSD: S. Lecuyer 2, M. Riolo, C. Cilia, P. Riolo, M. Zammit Cordina 10, M. Costa, M. Fenech, M. Napoleon 16, Y.Bonett 9, F. Vella, L. M. Zammit, C. Curmi 13.
Caffè Moak Luxol: G. Carabott, L. Fenech Pace 6, M. Marmara, N. Vella, J. Said, E. Abela, S. Fenech Pace 6, J. Diaby 13, B. Huffhines 14, V. Baldacchino 8, R. Naudi 10, A. Fenech Pace 9.
Referees: Gordon Barbara, Nicky Azzopardi
//= $special ?>