“L-ikbar problema fis-settur tas-saħħa tibqa’ l-infrastrutura, hekk kif id-Dipartiment tal-Emerġenza għadu taħt pressjoni kbira. U dan id-dipartiment huwa l-iktar wieħed li għadu qed iħoss l-impatt tad-deal ma’ Vitals u Steward.”
Kienet din id-dikjarazzjoni li għamel Martin Balzan, il-President tal-Għaqda Mediċi Maltin f’żewġ intervisti fejn saħaq li hu qed jirriżenja għal raġunijiet personali u mhux kaġun tan-nuqqas ta’ qbil li kellu mal-Ministru tas-Saħħa, JoEtienne Abela.
Bil-President tal-MAM ifakkar ukoll kif suppost sar investiment ta’ 400 miljun ewro, però dan l-investiment ma sarraf f’xejn.
B’din il-problema u nuqqas minn naħa tal-Gvern twassal biex hemm pazjenti li jkollhom jistennew xejn inqas minn 20 siegħa fl-emerġenza.
Martin Balzan spjega wkoll li l-aħħar investiment infrastrutturali kien beda minn Partit Nazzjonalista taħt id-dekasteru tal-Ministru, Joe Cassar. Bil-Gvern Nazzjonalista wkoll ikun il-Gvern li investa fil-union tat-tobba.
B’Balzan jikkritika il-mod li bih dan il-Ministru jikkomunika u qal li l-affarijiet personali m’għandhomx jiġu diskussi fil-pubbliku.
Martin Balzan faħħar ukoll lill-ħaddiema ta’ Mater Dei u qal li t-tobba f’Malta huma tal-aqwa kwalità, pero wissa dwar il-popolazzjoni li dejjem qiegħda tikber.
Dan filwaqt li saħaq ukoll dwar l-importanza tat-titjieb tal-work-life-balance għat-tobba.
Bil-President jgħid ukoll li l-maġġoranza tat-tobba qed jagħtu dak kollu li jistgħu u jistqarr li tobba li jaħdmu Mater Dei u jitolbi lill-pazjenti biex imorru privat mhux jagħmlu sew.
F’Malta għandna fost l-ogħla livell ta’ asthma, ikkaġunat primarjament mit-tniġġis tal-karozzi.
//= $special ?>