Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino fakkar kif l-ikbar falliment tal-Gvern hu li qed jibqa’ jivvota kontra soluzzjonijiet imressqa mill-PN – dan għaliex dan hu Gvern li jħares l-interess partiġjana tiegħu.
Hu saħaq li fil-Parlament flok jivvota mal-PN sabiex dan il-pajjiż jeħles mill-kriżijiet – minflok qiegħed jgħaddi liġijiet li jkomplu jagħmluha diffiċli sabiex ċittadin privat jitlob għal ftuħ ta’ Inkjesti Maġisterjali. Dan sabiex ikompli jipproteġi lill-kriminali sħabu.

Michael Piccinino saħaq li l-politiċi mhux kollha l-istess, dan filwaqt li l-Partit Labursita jiddefendi l-kriminali, il-Partit Nazzjonalista qed joffri s-soluzzjonijiet għalik. Minn proposti dwar it-traffiku, proposti dwar work-life balance, proposti dwar infrastruttura u ħafna iktar.
Hu saħaq li Malta tagħna għandha futur sabiħ u fakkar li sabiex inbiddlu r-rotta rridu ningħaqdu flimkien u neleġġu Gvern ġdid Nazzjonalista li jħares l-interessi ta’ Malta u Għawdex tagħna.

