Futbol Sport

Napoli jżommu l-pass ma’ Inter b’rebħa diffiċli fuq Fiorentina, Juventus umiljati minn Atalanta

(Ritratt: EPA)

Napoli żammew il-pass ma’ Inter u kisbu rebħa ta’ 2-1 fuq Fiorentina. Romelu Lukaku poġġa lil Napoli fil-vantaġġ wara 26 minuta. It-tim ta’ Antonio Conte rdoppjaw mas-siegħa logħob b’gowl minn Giacomo Raspadori. Il-Viola daħlu fil-partita fis-66 minuta permezz ta’ Albert Gudmundsson.

Juventus kienu umiljati f’darhom minn Atalanta meta kienu megħluba 4-0. Penalty ta’ Mateo Retegui wara 29 minuta fetaħ l-iskor għal Atalanta. Marten De Roon irdoppja wara l-mistrieħ. Davide Zappacosta għamilhom 3-0 fis-67 minuta filwaqt li Ademola Lookman għamel l-iskor finali 4-0.

Ikompli l-mument pożittiv ta’ Roma taħt il-gwida tal-kowċ Claudio Ranieri meta għelbu lil Empoli 1-0. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal wara biss minuta permezz ta’ Matias Soule.

Bologna wkoll komplew bil-mument pożittiv tagħhom meta għelbu lil Verona 2-1. Jens Odgaard poġġa lil Bologna fil-vantaġġ wara 40 minuta. Verona sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta tkeċċa Nicolas Valentini. Bologna approfittaw u skorjaw it-tieni gowl permezz ta’ Nicolo Cambiaghi. Verona naqsu l-iskor fit-80 minuta permezz ta’ Daniel Mosquera.