L-Ingilterra kisbu rebħa konvinċenti fuq l-Italja fis-Six Nations b’rebħa ta’ 47-24. B’din ir-rebħa l-Ingilterra telgħu fit-tieni post wara l-leaders Franza.
F’din il-partita t-tim Ingliż skorja 7 tries bl-iskor sa tmiem l-ewwel taqsima jkun dak ta’ 21-17.
Intant, Franza jidher li se jkollhom ikomplu dan it-tournament mingħajr il-captain Antoine Dupont wara li jidher li sofra injury fil-cruciate fir-rebħa li t-tim Franċiż kiseb fuq l-Irlanda.
//= $special ?>