Lokali

Robert Abela jibqa’ jiżgwida l-poplu dwar kif ivvota fis-Summit tal-Unjoni Ewropea

Malta jgħid mod u barra jagħmel mod ieħor – konferma oħra li Robert Abela ma jiddejjaq xejn jiżgwida lil dawk li jemmnuh.

Dan hekk kif f’attività tal-Partit Laburista Robert Abela qam jisħaq li l-Labour fil-Gvern ħa deċiżjoni ċarissima fil-konfront tal-investiment fid-difiża – dan bla ma qal li vvota mal-kumplament tal-mexxejja għal investiment meħtieġ.

B’Robert Abela jidher li qisu qed jibża’ juri kif ivvota fis-Summit tal-Unjoni Ewropea fuq l-investiment meħtieġ fid-difiża.

Robert Abela matul dawn l-aħħar xhur għamel bosta u-turns fil-kontront ta’ din il-kwistjoni tant sensittiva, fuq is-sigurtà ta’ pajjiżna. Difiża u sigurtà li tipproteġi lil poplu Malti u Għawdxi kollu.

Min naħa tiegħu, il-Kap tal-PN Bernard Grech saħaq li dan hu investiment meħtieġ għal pajjiżna – mhux sabiex niġġieldu l-gwerer però sabiex niggarantixxu li s-sovranità ta’ pajjiżna ma tiġix mhedda – la minn indħil barrani u lanqas minn indħil domestiku.

Anke wara li rajna kif l-investiment fl-armata tagħna f’dawn l-aħħar snin kien minimu – tant li ftit ilu rajna serqa ta’ kilogrammi droga kbar tad-droga mill-Baracks tal-AFM, wieħed mill-aktar, suppost, postijiet siguri f’Malta. Bid-droga s’issa fil-maġġorparti tagħha għadha ma ġietx irkuprata.

Madanakollu, Robert Abela qed jibqa’ jirrifjuta jgħid li vvota mal-kumplament tal-mexxejja Ewropej – bil-Prim Ministru ta’ pajjiżna f’Malta jgħid mod u barra jgħid mod ieħor.