Sport Sport Ieħor

Summerrazz bit-tieni suċċess tas-sena fil-finali Assikura

Kenneth Vella

Il-Ħadd wara nofsinhar fil-Marsa saret it-tmien laqgħa tas-sena fuq ħdax -il tiġrija kollha tat-trott. Spikkat l-aktar il-finali tal-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza ta’ 2140m u li ntrebħet minn Summerrazz misjuq minn Paul Galea.

Ħdax -il żiemel ħadu sehem fil-finali tal-klassi Gold. Summerrazz (Paul Galea) mar quddiem wara li ngħata l-bidu uffiċjali u matul id-distanza kkontrolla diversi assalti, fosthom tal-favorita Carbonfiber (Jesmar Gafa’) u Weather Chart (Anton Cassar). Summerrazz baqa’ b’saħħtu sat-tmiem u temm rebbieħ faċilment b’żewġ tulijiet minn First Dream (Redent Magro) u Awesome Kronos (Noel Baldacchino). Concerto Star (Cherise Farrugia) temm fir-raba’ pożizzjoni.

Fi tmiem il-finali, is-Sur Andrew Grech, f’isem l-isponsors, ippremja lil Paul Galea u Claydon Mifsud, is-sewwieq u s-sid taż-żiemel rebbieħ. Intant ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.14.6” fil-kilometru.

Il-laqgħa nkludiet ukoll iż-żewġ semifinali mill-kampjonat tat-Tazza San Franġisk – Gain Equine Nutrition għal żwiemel tal-klassi Copper ukoll fuq distanza qasira. Fl-ewwel waħda, Fanfan Stuart (Noel Baldacchino) li kien għal ħafna metri quddiem, inqabeż minn Rose Lloyd (Dwayne Farrugia) 50 metru mil-linja finali. King Of Terrail (Charles Camilleri), Jasmin De Coulamer (Clifton Farrugia), Ernest Des Angles (Charlton Gauci) u  Invite De Star (Jason Zahra) ukoll għamluha għall-fażi tal-finali. Għal Rose Lloyd dan kien it-tieni suċċess tal-istaġun.  

Head Over Heels (Frederick Mallia) kienet il-ħin kollu quddiem waqt it-tieni semi finali tal-klassi Copper. Din irnexxilha tieħu t-tieni rebħa nfila faċilment b’tul u nofs minn Hendy D’Auberville (Charles Camilleri), Oro Doc (Carl Caruana) u Idoline (Rodney Gatt). High Handed (Gabriel Micallef) u Influx Du Parc (Ramon Briffa) kienu l-aħħar żewġ żwiemel li għamluha għall-finali.

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Imperial Choice (M. Falzon) Ħin – NTR 2. Gringo Marancourt (K. Axisa) 3. Dardanus (Ch. Degiorgio) 4. Conflit (T. Demanuele)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Fille Fingal (A. Cassar) Ħin – 2.03.5” (1.15.3”) 2. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) 3. Hay Pepito (R. Gatt) 4. Demon De La Besvre (M. Falzon)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Islande Elde (N. Baldacchino) Ħin – 2.02.1” (1.14.5”) 2. Prediction (J.J. Farrugia) 3. Exil D’Erable (J. Scerri) 5. Ilona Du Fer (L. Frendo)

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Ideal Pierji (J. Gafa’) Ħin – 2.02.2” (1.14.5”) 2. Cupidon De Bassard (C. Calleja) 3. Helice Du Parc (W. Borg) 4. Jenny D’Eurvad (D. Baldacchino)

V Tiġrija. Semi Finali Tazza San Franġisk – Gain Equine Nutrition. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Rose Lloyd (D. Farrugia) Ħin – 2.43.8”(1.16.5”) 2. Fanfan Stuart (N. Baldacchino) 3. King Of Terrail (Ch. Camilleri) 4. Jasmin De Coulamer (C. Farrugia) 5. Ernest Des Angles (Ch. Gauci) 6. Invite De Star (J. Zahra)

VI Tiġrija. Semi Finali Tazza San Franġisk – Gain Equine Nutrition. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Head Over Heels (F. Mallia) Ħin – 2.44.1” (1.16.7”) 2. Hendy D’Auberville (Ch. Camilleri) 3. Oro Doc (C. Caruana) 4. Idoline (R. Gatt) 5. High Handed (G. Micallef) 6. Influx Du Parc (R. Briffa)

VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. No Pressure (K. Galea) Ħin – 2.02” (1.14.4”) 2. Diza Du Courtille (I. Stivala) 3. Arno Dell’Est (P. Galea) 4. Éclair Gold (R. Gatt)

VIII Tiġrija. Finali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Summerrazz (P. Galea) Ħin – 2.39.7” (1.14.6”) 2. First Dream (R. Magro) 3. Awesome Kronos (N. Baldacchino) 4. Concerto Star (Cherise Farrugia)

IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Arachis P.R. (D. Casha) Ħin – 2.03.2” (1.15.1”) 2. Imola Boko (Cherise Farrugia) 3. Giac Joli (R. Cassar) 4. Liam Dana (Ch. Camilleri)

X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Chene De Landisaq (J. Said) Ħin – 2.04.4” (1.15.7”) 2. Luan Amor V.S. (Ch. Camilleri) 3. Argo Lux (L. Frendo) 4. Mad Princess (R. Gatt)

Ħin -XI -il Tiġrija Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Brem Orange (C. Cassar) Ħin -2.02.3″ (1.14.6″) 2. Indien Du Liamone (P. Galea) 3. Donner Lunnare (C. Gauci) 4. Flicflac Du Logis (K. Farrugia)