“Il-pożizzjoni tagħna dejjem kienet ċara: għalina l-vittma dejjem kien il-poplu Ukren”.
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta elenka l-verżjonijiet kontrastanti li pprovda l-Prim Ministru Robert Abela fl-aħħar jiem dwar id-difiża Ewropea – kontradizzjonijiet li spikkaw waqt l-aħħar summit Ewropew.
Fil-Parlament, Bernard Grech spjega kif f’Malta Robert Abela qed jgħid ħaġa, iżda Brussell jagħmel oħra.
Bil-Kap tal-PN jispjega li l-PN jaqbel mal-medjazzjoni li ssir b’id b’saħħita, u b’pożizzjoni li dejjem tipproteġi lill-Ukreni bħala pajjiż sovran.
Matul dawn l-aħħar ġimgħat, pajjiżna ra Prim Ministru li għal darba oħra kkontradixxa ruħu għal aktar minn darba, tlieta. Fejn f’pajjiżna jgħid li se jsabbat saqajh, u jivvota kontra d-difiża Ewropea, iżda mbagħad imur Brussell u jivvota favur id-difiża. Kif ikkonferma anke Edward Zammit Lewis waqt l-istess dibattitu Parlamentari – bid-deputat Laburista juri b’mod ċar li Abela vvota favur, u mhux kontra, l-investiment fid-difiza.
Fil-fatt, il-Prim Ministru Robert Abela, jivvota għal aktar biljuni għad-difiża Ewropea, iżda mbagħad stqarr li l-Ukrajna mhux se tkun qed toħroġ rebbieħa minn din il-gwerra.
//= $special ?>