Lokali

Id-Delegat Speċjali tal-Labour Jason Micallef jattakka lit-Times għax tkellmet dwar il-problema serja tad-droga

Jason Micallef ħareġ jattakka u jikkundanna “bil-qawwa kollha” lit-Times sempliċiment għaliex ippubblikaw investigazzjoni li saret minn dan il-ġurnal dwar il-problema serja ta’ traffikar ta’ droga f’pajjiżna; speċjalment fil-Belt Valletta.

L-artiklu li deher fil-faċċata tat-Times, jitfa’ dawl fuq realtà kiefra li l-Gvern qed jipprova kontinwament jitfa’ taħt it-tapit.

Micallef qal li pajjiżna għaddej minn suċċess ekonomiku, soċjali, u kulturali bla preċedent speċjalment fil-Belt Valletta. U insista li l-artiklu sar minn “ġurnalisti tal-ħabba gozz”.

Permezz ta’ dan il-post fuq il-midja soċjali, Jason Micallef ipprova jifta’ taħt it-tapit ir-realtà serja ta’ abbuż ta’ droga – inkluż fil-Belt Valletta.