Is-Santa Sede kkonfermat li l-Papa Franġisku qatta’ lejl ieħor ta’ mistrieħ fl-isptar Gemelli ta’ Ruma. Dan hekk kif il-Kap tal-Knisja Kattolika għadu qed jipprova jirkupra mill-pneumonia li ħakmitu x-xahar li għadda.
Fil-fatt, il-Papa ilu l-isptar sa mill-14 ta’ Frar.
F’dawn il-jiem, il-Papa Franġisku qed isegwu l-eżerċizzi spiritwali ta’ żmien ir-Randan. Dan qed jagħmlu b’mod virtwali.
L-eżerċizzi qed jitmexxew mill-Patri Kapuċċin Roberto Pasolini.
Bulettin mediku ieħor mistenni jinħareġ aktar tard illejla.
//= $special ?>