Lazio fallew milli jieħdu t-tlett punti kontra Udinese fl-unika partita mill-programm tas-Serie A għat-Tnejn hekk kif temmew fi draw ta’ 1-1.
B’dan ir-riżultat il-Biancoceleste fallew milli jitilgħu mal-ewwel erbgħa fil-klassifika hekk kif għandhom 51 punt f’28 partita, punt inqas minn Juventus firr-raba’ post li tilfu l-konfront riċenti tagħhom kontra Atalanta, biex b’hekk Lazio ma rnexxilehomx jikkapitilizzaw fuq iż-żelqa tal-Bianconeri.
Udinese ħaadu lil Lazio hekk kif ħadu l-vantaġġ l-ewwel wara 22 minuta meta Florian Thauvin ikkonverta mill-viċin wara li Lucca pprova jagġmel rabuxxata u ma laqatx sew, bil-ballun jasal għand il-Franċiż.
Lazio jagħmlu l-iskor indaqs b’gowl ta’ Alessio Romagnoli għaxar minuti wara.