Internazzjonali

Mark Carney ser ikun il-Prim Ministru l-ġdid tal-Kanada

FILE - Mark Carney speaks during his Liberal leadership campaign launch in Edmonton, Jan. 16, 2025. (Jason Franson/The Canadian Press via AP, File)

Mark Carney rebaħ it-tellieqa biex jieħu post Justin Trudeau bħala l-Prim Ministru tal-Kanada, u wiegħed li jirbaħ il-gwerra kummerċjali kontra l-President Amerikan Donald Trump hekk kif issa ser ikun l-24 Prim Ministru tal-Kanada

L-eks gvernatur tal-bank ċentrali Kanadiż u tal-Bank of England għeleb tliet rivali fit-tellieqa għat-tmexxija tal-Partit Liberali, b’maġġoranza komda.

Fid-diskors tiegħu, Carney, ta’ 59 sena, attakka lil Trump – dan wara li impona tariffi fuq il-Kanada. Carney saħaq li “fil-kummerċ, bħal fil-hockey, il-Kanada se tirbaħ.”