Lokali

Pellegrinaġġ penitenzjali djoċesan tal-Ġublew

Pellegrinaġġ penitenzjali djoċesan tal-Ġublew immexxi mill-Arċisqof Charles Scicluna, akkumpanjat bil-vara tal-Madonna tal-Grazzja, li sar ilbieraħ filgħaxija f’Ħadd in-Nies matul it-toroq ta’ Ħaż-Żabbar. Wara l-pellegrinaġġ saret quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar ċelebrata mill-Arċisqof flimkien ma’ bosta saċerdoti.

Din it-tradizzjoni tmur lura mijiet ta’ snin ilu qabel il-wasla tal-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta. Illum dan il-pellegrinaġġ isejjaħ lill-Insara kollha minn kull mixja tal-ħajja – kleru, għaqdiet reliġjużi, nies involuti fil-parroċċa, u pellegrini oħra – biex jissieħbu f’talba waħda b’ħarsa fuq il-ħniena tal-Mulej fl-ewwel Ħadd tar-Randan, bl-interċessjoni ta’ Marija, omm it-tama.