Sport

Riżultati pożittivi fil-kampjonat Zona 7 tal Karting Coppa Italia

Fiċ-Ċirkwit Internazzjonali fi Triscina, fi Sqallija, ingħata bidu għall-Kampjonat Zona 7 tal Karting Coppa Italia b’parteċipazzjoni ta’ ħames sewwieqa minn Malta.

Riżultati pożittivi mill-istess sewwieqa fejn fil-kategorija ġdida OKN Junior Zane Pace għal SVM Racing temm fir-raba’ post fost 15-il sewwieq fi 11-il minuta 20.091 sekondi.

Fil-kategorija OKN 125 Senior, fost 20 sewwieq Timothy Zarb għal Tripoli Motorsport, temm fis-sitt post fi 11-il minuta 20.681 sekondi.

Fil-Kategorija Mini GR taħt l-10 snin, kien hemm is-suċċess għal Kumi Matias Bugeja għal Castorina Racing li temm fl-ewwel post  qabel Antonino DeStefano u Riccardo Vara. Yan Camilleri għal SVM Racing, temm fit-tielet post fl-istess kategorija bħal Andrei Fenech għal Antonello Karting li temm f’9 minuti 30.906 sekondi.