Sewwieq ta’ vann iddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li nqaleb bil-vann li kien qed isuq, f’ħabta li seħħet f’Pembroke ftit qabel id-9am.
L-inċident seħħ fi Triq Sant’Andrija, u fil-ħabta kienet involuta vettura Toyota misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena minn Birkirkara.
Is-sewwieq tal-vann tal-għamla Peugeot Partner hu raġel ta’ 54 sena min-Naxxar. Hu ttieħed l-isptar b’ambulanza, u ma jinsabx fil-periklu. Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna fil-post minn tabib li kien għaddej miz-zona f’dak il-ħin.
//= $special ?>