Lokali Parlament

1,249 jistennew għal total knee replacement

285 persuna tistenna għal hip replacement li ilhom aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.

L-ammont totali tal-pazjenti li qed jistennew total knee replacement hu ta’ 1,249 filwaqt li 285 persuna qed tistenna għar-rigward tal-hip replacement li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Minitru tas-Saħħa Jo Etinne Abela li fil-Parlament kien qed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg.

Il-Minstru tas-Saħħa qal ukoll li jkun hemm ħafna raġunijiet għala din l-istennija tkun daqshekk twila u li tittieħed azzjoni immedjata f’każijiet ta’ urġenza.

Jirriżulta wkoll li minn Lulju ’l hawn bdew isiru extra sessions għall-knee u hip replacements. Apparti dawk li normalment isiru fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, extra sessions qed isiru kull nhar ta’ Ħamis u kull nhar ta’ Ħadd fi sptar privat u darba fil-ġimgħa extra fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg.