Lokali Parlament

Il-Gvern ma qalx fiex waslu l-costings tas-servizzi tal-Isptar Mater Dei

Il-Gvern Laburista ma qalx fiex waslu l-costings – liema sena tlestiet – tas-servizzi tal-Isptar Mater Dei, liema servizzi għandhom konsulenza kontrattwali speċifika għalihom.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal fil-Parlament li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva qal dan meta kien qed iwieġeb mistoqsija bil-miktub tad-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg.