Spettur tal-Pulizija kkonferma fil-Qorti li d-droga li nsterqet mill-barracks tal-armata kellha tinqered f’inċineratur. Iżda dan ma seħħx għaliex il-makkinarju “kien bil-ħsara”, u allura ttieħdet id-deċiżjoni li jinżammu fil-barracks ta’ Ħal Safi.
Xokkanti wkoll ix-xhieda li ta dwar is-serqa nnifisha, fejn fisser kif il-ħallelin daħlu tliet darbiet fil-kontejner u ħarġu bid-droga f’basktijiet tax-shopping.
Il-ħallelin, dejjem skont il-filmati tas-CCTV, ħarġu minn toqba li kien hemm fil-fence tal-barracks tal-AFM.
Jirriżulta li l-istess filmati jkopru sagħtejn sħaħ – bejn nofs il-lejl u 2:30am.
Hekk kif illum fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni tal-provi, intqal li d-droga misruqa mill-kontejner li kien fil-barracks tal-AFM tammonta għal 132kg u mhux 226kg. Iżda agħar minn hekk, kien konfermat li s-serqa tad-droga damet għaddejja sagħtejn sħaħ.
//= $special ?>