Lokali Qorti

Id-droga misruqa: Il-ħallelin daħlu fil-kontejner tliet darbiet u damu aktar minn sagħtejn fil-barracks

Il-ħallelin daħlu ġewwa l-kontejner tliet darbiet u dehru joħorġu bil-basktijiet tax-xiri f’idejhom waqt is-serqa. L-Ispettur Mark Anthony Bonnici qal li l-investigaturi fil-bidu kienu vverifikaw li total ta’ 226 kilo ta’ droga kienu neqsin mill-kontenitur.

Madankollu huwa qal li l-pulizija forensika wara li kompliet bl-investigazzjoni tagħha u stabbilixxit li l-ammont totali misruq mill-kontejner tal-AFM kien ta’ 132 kilo u mhux 226 kilo. Qal li bejn 12:00am u 2:30am, filmati tas-CCTV urew nies jiġru ġewwa l-kwartieri.

Tenna li l-ħallelin ħarġu minn toqba fiċ-ċint tal-metall li jdawwar il-perimetru tal-barracks. Dak inhar kien hemm tliet suldati għassa u wieħed kien mas-CCTV’s. Dwar dan għadhom għaddejin l-investigazzjonijiet. Tenna li l-ħallelin kienu bil-hoodies, għalkemm mill-filmati wiċċ Carlo Pace, u dan meta ħareġ mill-kontejner.

Dan ħareġ meta quddiem il-Maġistrat Elaine Rizzo bdiet tintema’ l-kumpilazzjoni ta’ sitt persuni akkużati bis-serqa tad-droga kannabis minn kontejner fil-barracks ta’ Ħal Safi sbieħ il-Ħadd, 23 ta’ Frar li għadda. L-Ispettur Mark Anthony Bonnici kien qed jixhed fil-konfront ta’ ħamsa mill-akkużati peress li l-proċeduri fuq Liam Steward ieħor saru b’mod apparti, bil-Qorti tisma’ l-ewwel il-każ tiegħu.

“Id-droga nstabet fir-residenza ta’ żagħżugħ arrestat il-ġimgħa li għaddiet”. Dan ħareġ mix-xhieda tal-Ispettur Jeffrey Scicluna Briffa li beda jixhed fil-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Liam Steward ta’ 23 sena mill-Pieta, li kien arrestat waqt li kien qed isuq fil-Ħamrun.

Allegatament Steward ma kienx fil-post tas-serqa imma instabet xi droga għandu. Is-serqa kienet skoperta fl-24 ta’ Frar. Steward, flimkien mas-suspettati l-oħra, wieġbu mhux ħatja li serqu d-droga, assoċjazzjoni kriminali għat-traffikar tad-droga u l-pussess ta’ cannabis f’ċirkostanzi li jindikaw li ma kinitx għall-użu personali.

L-Ispettur Scicluna Briffa qal lill-Maġistrat Elaine Rizzo li waqt investigazzjonijiet, il-pulizija ġiet infurmata fil-25 ta’ Frar li Liam Steward, li saq Toyota Vitz, jista’ jkun qed imexxi droga li kienet insterqet mill-kwartieri.

Steward ġie arrestat hekk kif saq f’salib it-toroq fi Triq Mile End, il-Ħamrun. Huwa ħabat ġo vann hekk kif ipprova jaħrab mill-pulizija. Uffiċjali fittxew il-karozza tiegħu u r-residenza tiegħu fil-Pieta. F’kamra minnhom instabet borża fuq il-bejt tal-appartament fejn kien joqgħod Steward. Kien fiha tliet blokki ta’ suspettata droga imgeżwra fil-plastik.

Fl-appartament ta’ Steward instabet blokka oħra suspettata li hija raża tal-cannabis flimkien ma’ oġġetti relatati mad-droga bħal mwieżen, mgħaref u basktijiet tal-plastik. Fi kxaxen separati f’kamra tas-sodda, inssabu €1,700 u €1,150 fi flus kontanti.

Steward aktar tard ittieħed il-kwartieri ġenerali tal-pulizija għall-interrogazzjoni. Huwa ċempel lill-avukati tiegħu Franco Debono u Adreana Zammit u għażel li ma jwieġebx għall-mistoqsijiet li sarulu. L-ewwel xhud huwa x-xjenzat Godwin Sammut fejn qal li sab tliet kilos cannabis u 800 THC u 60 gramma ta’ kokaina.

Hawn ġiet sospiża x-xhieda ta’ Sammut peress li l-Avukat Franco Debono xtaq jagħmel punt legali. Huwa staqsa lix-xhud jekk il-laboratorju li jaħdem fih huwiex wieħed akkredat. Ix-xhud qal li l-laboratorju fl-Università ta’ Malta li huwa mmexxi mill-Professur Emanuel Sinagra.

Battibekki dwar l-akkreditazzjoni tal-laboratorju

Sammut qal li ilu jaħdem f’dan il-laboratorja mill-2016. U dwar l-akkreditazzjoni qal li ma jistax jirrispondi ive jew le. Qal li mhijomx akkreditati imma hemm dirrettiva minn naħa tal-Gvern u mill-Unjoni Ewropa dwar dan. Fuq l-akkreditazzjoni dak huwa biss fuq DNA jew finger prints, qal ix-xhud.

Dwar ir-raġuni għaliex mhux akkreditat, huwa qal li l-EU m’għandha l-ebda direttiva jew deadline fuq akkreditazzjoni. L-EU kienet tagħat żmien ta’ ħames snin fuq dan u kull ma għaddew sentejn, qal ix-xhud.

Xhed ukoll il-kuntistabbli Clint Zahra fejn ingħata struzzjoni biex l-akkużat jitwaqqf bil-karozza fejn ġie nfurmat bl-arrest. Saret tfittxija fil-karozza u minn hemm l-affarijiet elevati u wara l-Pulizija marru d-dar tiegħu fejn hu stess qalilhom li għandu sustanza ħadranija, gradenza bajda flimkin ma’ 3,500 fi flus kontanti, miżien u id card tiegħu.

Fi twaletta boroż u nstabu aktrar minn 1,500 għal darbtejn f’pajjetti differenti. Fuq il-bejn instabu tliet blokkok cannabis. Wara xehed il-kuntistabbli Kurt Micallef mill-Għassa tal-Ħamrun. Qal li fil-25 ta’ Frar li għadda, għall-ħabta tas-1.20pm. mar l-Għassa, l=Ħamrun etru Stepehn Sultana li għamel rapport fuq ħsara. Qal li waqt li kien ipparkjat fil-ġenb tat-triq wara li karozza kienet daħlet fil-vettura tiegħu.

Fuq il-post ġie identifikat l-Ispettur Alfredo Mangion fejn qallu biex imur jagħmel rapport l-Għassa tal-Pulizija. L-informazzjoni kienet li l-vettura nvoluta kienet tgħajjat lil Liam Steward. Dan ġie arrestat fuq investigazzjoni assoċjata mad-droga.

Xehed Stephen Sultana li spjega li fil-25 ta’ Frar li għadda kien hemm karozzu quddiemu tal-għamla Toyota griża. Kien hemm distanza ta’ metru u nofs u f’daqqa waħda rriversja u minkejja li beda jdoqqlu l-ħorn daħal ġo fih.

F’daqqa u l-ħin daru skoss nies miegħu bil-Pulizija qalulu żomm il-bogħod u jaf li saret tfittxija fil-karozza tiegħu. Huwa għaraf lill-akkużat fl-awla. Tenna li huwa mar jagħmel l-Għassa tal-Ħamrun jagħmel rapport. Huwa qal li saritlu ħsara ta; 1,116 ewro.

L-Avukat Franco Debono reġa’ qajjem il-każ tal-laboratorju fejn qal lill-Qorti li qed jirriżerva d-dritt li jitlob l-isfilz tal-provi li ġab Godwin Sammut fuq it-testijiet li għamel fil-laboratorju minħabba li hu stess ammetta li l-laboratorju tal-Università mhux akkreditat. Aktar minn hekk meta f’Malta hawn iktar minn laboratorju wieħed li għandu akkreditazzjoni.

Il-prosekuzzjoni qalet li tħoss li dak li għadu kif iddikjara l-Avukat Difensur huwa skorrett u jmur bil-kontra ta’ dak li smajna, għax Godwin Sammut ikkonferma li hemm applikazzjoni pendenti peress li d-difiża talbet li jitla’ jixhed Claudio Scerri mill-bord ta’ akkreditazzjoni.

Wara li l-prosekuzzjoni ddikjarat li għas-seduta tat-Tlieta ma baqalhiex aktar provi xi tressaq. Hawn saret talba għall-pleġġ fil-konfront tal-akkżat li sabet oġġezzjoni minn naħa tal-Ispettur Alfred Mangion. Il-Qorti qalet li se tiddeiedi aktar tard fuq il-ħelsien mill-arrest bil-każ ikompli nhar it-Tnejn, 17 ta’ Marzu fil-11am.

Il-ħames akkużati l-oħra

Wara l-Qorti bdiet tisma’ l-kumpilazzjoni fil-konfront tal-ħames akkużati l-oġra li huma Sean Attard ta’ 30 sena minn Ħaż-Żebbuġ, Yousef Essesi ta’ 33 sena minn San Pawl il-Baħar, l-aħwa Carlos Pace ta’ 23 sena u Cleaven Pace ta’ 19-il sena, it-tnejn mill-Marsa u u Christa Gauci ta’ 21 sena mir-Rabat, Għawdex u residenti Tas-Sannat,

Huma qed jiġu mixlijin li serqu d-droga, li assoċjaw ruħhom ma’ persuni oħra biex jittraffikawha, li kellhom fil-pussess tagħhom l-imsemmija droga, li biegħuha u li kisru diversi sentenzi tal-Qorti. Carlos Pace qed jiġi mixli li fil-25 ta’ Frar li għadda, u fil-jiem ta’ qabel, wettaq reat meta kien hemm fis-seħħ sentenza sospiża ta’ ħabs u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Huma wkoll qed iwieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontrihom. Mill-226 kilo droga misruqa fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd instabu sa issa 85 kilo reżina tal-kannabis. Id-droga kienet parti minn aktar minn erbgħa tunnellati reżina tal-cannabis li kienu nqabdu mid-Dwana fil-Port Ħieles f’Ġunju li għadda.

L-Ispettur Mark Anthony Mercieca kien l-ewwel xhud kontra l-ħames akkużati. Huwa qal lill-Qorti li fis-17 ta’ Ġunju 2024, id-Dipartiment tad-Dwana infurmatu li kien hemm kontejner suspettuż li daħal fil-Port Ħieles. Mar il-Freeport u nnota xi kontejners li waslu mill-Marokk u kienu sejrin lejn il-Libja, u li dawn kien fihom sitt fran.

Qal li ġewwa fihom kien hemm diversi blokki ta’ raża tal-cannabis. Dawn kellhom jinqerdu b’inċineratur iżda minħabba l-ħsara fil-makkinarju, id-droga kellha terġa’ tinħażen f’kontenitur fil-kumpless tad-dwana.

Ix-xhud qal li l-kontejner ittieħed fil-kwartieri tal-AFM f’Ħal Safi u li ttieħed minn trakk skortat minn karozza tal-pulizija. Spjega li ladarba l-kontejner wasal fil-kwartieri, is-serraturi u s-siġilli tiegħu ġew iċċekkjati għal darb’oħra.

L-Ispettur Mercieca qal lill-Qorti li fit-23 ta’ Frar fit-3:40am, irċieva telefonata minn suldati tal-AFM li kienu ‘on call’ dak il-lejl li qalulu li l-kontejner infetaħ u ttieħdu oġġetti minnu. Spjega li meta wasal fuq il-post kien hemm preżenti uffiċjali tar-Rapid Intervention Unit u tim forensiku. Sostna lill-qorti li s-siġilli kienu nfetħu.

Ix-xhud spjega li bejn 12:00am u 2:30am, filmati tas-CCTV urew nies jiġru ġewwa l-kwartieri. Jgħid li l-ħallelin ħarġu minn toqba fiċ-ċint tal-metall li jdawwar il-perimetru tal-barracks. B’kollox il-ħallelin daħlu ġewwa l-kontejner tliet darbiet u dehru joħorġu bil-basktijiet tax-xiri f’idejhom. L-investigaturi vverifikaw li total ta’ 226kg ta’ droga kienu neqsin mill-kontenitur.

Ix-xhud jispjega li minn diversi CCTV cameras, dehret Toyota Belta fil-madwar dieħla fil-mini ta’ Ħal Kirkop għall-ħabta tal-11:00pm ta’ dak il-lejl. Toyota Vitz sewda dehret issuq warajha. Ix-xhud qal li Sean Attard, Carlos Pace, u Youssef Essesi ġew identifikati u li Essesi deher ibagħbas fin-numri tal-pjanċi. Iżid jgħid li Sean Attard fetaħ garaxx u dehru boroż ħerġin mill-Vitz u dawn tpoġew fil-Belta.

Ġie spjegat ukoll li nġabru numru ta’ video recordings minn toroq bejn Ħal Safi u Ħaż-Żebbuġ, fejn kien hemm il-garaxx ta’ Sean Attard. Hekk kif spiċċat is-serqa, it-Toyota Vitz sewda fetħet it-triq biex il-vettura griża tasal fil-garaxx ta’ Attard f’Ħaż Żebbuġ.

Ix-xhud qal lill-Qorti li Cleaven u Carlos Pace dehru joħorġu l-basktijiet mill-karozza u jpoġġuhom fit-Toyota Vits sewda, li allegatament kienet qed tinstaq minn Christa Gauci. Dejta li nġabret mill-mobile ta’ Gauci kkonfermat ukoll li hija kienet fuq il-post tas-serqa għal sagħtejn sħaħ, kif ukoll tul il-vjaġġ kollu minn Ħal Ħal Ħaż-Żebbuġ.

Barra minn hekk, l-ispettur qal li l-pulizija forensika komplew bl-investigazzjoni tagħhom u stabbilixxew li l-ammont totali misruq mill-kontejner tal-AFM kien ta’ 132kg u mhux 226kg. Mitlub jispjega aktar fid-dettal ix-xhud qal li meta ġiet rrapportata s-serqa u l-pulizija bdiet tinvestiga, instabet toqba fil-fence tal-ħadid, diversi loqom tas-sigaretti u żewġ torċijiet.

Qal li mill-filmati li ġew elevati minn fuq il-post, urew li għal ħabta ta’ nofs il-lejl, dehru persuni, jew dellijiet jiġru u intużat karozza griża. Il-persuni dehru jiftħu is-siġil tal-container, joħorġu d-droga u jpoġġuha ġo basktijiet tax-xiri u joħduha fil-karozza. Dawn il-movimenti dehru jsiru mill-istess persuni għal madwar tlett darbiet.

Spjega wkoll li aktar tard ġew ukoll elevati numru ta’ filmati mit-toroq minn Ħal Safi sa Ħaż Żebbuġ, fejn kien hemm il-garaxx ta’ Sean Attard, li fih allegatament kienet qed tinżamm id-droga. F’dawn il-filmati dehru żewġ vetturi, vettura griża u oħra sewda li malli ntemmet is-serqa wittet it-triq lil vettura griża sal-garaxx ta’ Attard f’Ħaż Żebbuġ.

Deher ukoll Yousef Essesi fin-numru tal-pjanċi tal-karozza l-griża, Sean Attard jiftaħ il-garaxx u Cleaven u Carlos Pace dehru joħroġu l-basktijiet ħerġin mill-karozza u jdaħħluhom fil-karozza s-sewda li allegatament kienet qed tinstaq minn Christa Gauci.

L-Ispettur qal ukoll lill-Qorti li żewġ persuni dehru wkoll jinħbew wara siġra qabel ma marru lejn il-kontejner, daħlu u joħorġu tliet darbiet u jgħabbu l-karozza, bl-użu ta’ basktijiet tax-xiri. Fil-kontro eżami, id-difiża staqsiet dwar security feature tal-compound tal-Forzi Armati.

Spjega li din l-akkwata hija l-aktar waħda sigura f’Ħal Safi, iżda aktar dettalji dwar dan, ġew ipprojbieti li jiġu ppublikati mill-midja fuq ordni tal-Qorti. Dan biex ma tiġix żvelata kif topera s-sigurtà minn naħa tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Id-difiża permezz tal-Avukat Franco Debono staqsiet ukoll jekk l-akkwata kinitx mgħassa mis-suldati, iżda l-ispettur wieġeb li tlieta li kienu xogħol dakinhar ma raw xejn, inkluż dak li kien assenjat mal-cameras tas-sigurtà.

L-Ispettur Mercieca qal li ma spezzjonax id-droga li nstabet fil-pussess tal-akkużati biex jidentifika jekk id-droga kinitx l-istess bħal dik fil-kontejner. “Dak huwa f’idejn l-esperti,” huwa qal. Madankollu, qal li mad-daqqa t’għajn, dehru simili.

Ix-xhud qal ukoll li wara s-serqa l-pulizija ġabret filmati tas-CCTV minn toroq, ħwienet u djar fl-inħawi. Huma kkonfermaw li l-karozza kienet Toyota Belta griża li kienet qed tintuża minn Essesi. Il-karozza segwita minn Toyota Vitz dehret fit-toroq sakemm waslet f’garaxx f’Ħaż-Żebbuġ.

Fil-Belta hemm xufier u żewġ persuni li daħlu fil-kompost. Esperti forensiċi wrew li d-DNA fuq il-flashlights kien ta’ Carlos Pace u Essesi. Irriżulta li Sean Attard, kien qed isuq il-karozza. Dwar l-akkużata Christa Gauci x-xhud kienet f’karozza Toyota Vitz u qatt ma dehret tgħabbi xi sustanza. Il-karozza lanqas dehret fejn il-compound tal-AFM u ma dehritx min kien qed isuqha.

L-Avukati Franco Debono qal li kollox jindika li m’hemm l-ebda rabta bejn it-Toyota Belta li allegatament intużat fis-serqa u Sean Attard. Qal li Sean Attard deher ħiereġ mill-karozza. Madankollu, talab lill-ispettur jikkonferma jekk kienx misjuq minn Attard waqt is-serqa.

Debono talab lill-ispettur biex juri provi li Attard kien preżenti fil-karozza fil-ħin tas-serqa. L-Ispettur Mercieca qal li l-flashlights allegatament użati waqt is-serqa wrew traċċi tad-DNA ta’ Essesi u Carlos Pace. L-ispettur ikkonferma li Cleaven Pace u Christa Gauci waqfu ħdejn ir-roundabout ta’ Ħal Kirkop u li Gauci kienet qed isuq il-Vitz.

Spjega li n-nies ġewwa l-karozza ma kinux jidhru. Madankollu, stqarr li fil-mument li ż-żewġ persuni telgħu fil-karozza wara serq, il-pulizija kellhom filmati CCTV li juru r-rotta tal-karozza ħierġa u fl-aħħar daħlet fil-garaxx fi Triq l-Indipendenza, Ħaż-Żebbuġ.

Qal li Sean Attard deher ħiereġ mill-karozza fil-garaxx f’Ħaż-Żebbuġ. Ix-xhud qal ukoll li waqt tfittxijiet fid-dar ta’ Gauci f’Għawdex ma nstabet l-ebda droga. Tenna wkoll li Christa Gauci u Cleaven Pace marru għand il-Pulizija minn jeddhom, meta mitluba. Dwar Essesi ix-xhud qal li l-arrest fuqu sar mill-Assistent Kummissarju Keith Arnaud. Imma qal li jaf li tfittxija fid-dar tiegħu ma nstab xejn, iżda fl-għalqa tiegħu nstabu 10 blokok.

Meta aktar tard xehed l-Ispettur Charlo Casha mid-dipartiment forensiku, u hawn l-avukat difensur Franco Debono staqsih kienx jaf min ikkalkula ħażin li nsterqu 226 kilo ta’ raża tal-cannabis. Casha qal li ma jafx peress li ma kienx fuq il-post, iżda jemmen li l-iżball sar mill-investigaturi li kienu fuq il-post meta s-serqa ġiet irrappurtata għall-ewwel darba. Mistoqsi minn Dr. Debono jekk il-laboratorja tal-Pulizija hux akkreditat, ix-xhud wieġeb fl-affermattiv.

Tard wara nofs inhar xehed l-Assistent Kummissarju Keith Arnaud li qal li seħħet serqa mill-barrack ta’ Ħal Safi u li daħal jasisti fl-investigazzjoni. Qal li ma fuq il-post u kien hemm xi persuni li qatgħu s-siġġilli tal-kontejner, Għall-ewwel kien infurmat li nsterqet aktar minn 200 kilo reżina tal-kannabis.

L-iżviluppi seħħew l-għada wara li ħareġ li l-karozza li wżaw is-suspettati kienu użaw karozza Belta. Dehru li daħlu tnejn għall-ħabta tal-12.15am. ta’ sbieħ il-Ħadd. Dawn bdew jixgħelu d-dwal. Karozza Belta għamlet kuntatt ma’ Toyota Vitz u li waslu sa Triq l-Indipendenza Ħal-Żebbuġ. Daħlu f’garaxx fejn il-Vitz ma daħlitx, il-Belta dejjem misjuqa kienet wara l-Vitz u kienet il-Belta li niżlet fil-garaxx.

Niżlet fil-garaxx minus one fejn hemm ħafna garaxxijiet. Fetħu l-garaxx u kienu tliet persuni fil-Belta, fetħu l-garaxx u bdew iħottu basktijiet li jintużaw għax-xirjiet. Il-basktijiet dehru tqal. Il-karozza daħlet fil-garaxx għall-ħabta tas-2.33am.

Huma damu xi 25 minuta sakemm daħlu u ħarġu mill-garaxx. It-tielet persuna deher jitlaq bil-mixi. Hawn identifkaw lil Essesi u lil Carlos Pace. Dak li telaq bil-mixi huwa Sean Attard li joqgħod faċċata tal-kumpless tal-garaxxijiet.

Bdew isiru l-arresti

L-ewwel arrestat kien Sean Attard fis-1.30am mir-residenza tiegħu. Miegħu kienet arrestata ommu kif ukoll oħtu u l-għarus tagħha. Saret tfittxija u l-omm qalet li għandha garaxx imma ma rieditx tgħid fejn kien. Imma nstabu ċ-ċwievet. Tenna li fuq il-bejt instabet xi droga kannabis.

Wara saret tfittxija fil-vettura Mazda ta’ Sean li kienet ipparkjata fil-garaxx u wara l-Pulizija niżlu fil-garaxx u li qiegħed faċċata tad-dar tiegħu. Tul dan il-proess kollu kien hemm preżenti kien hemm il-Pulizija tal-Forensika. Il-garaxx infetaħ għall-ħabta tat-3.15am. Il-garaxx huwa reġistrat fuq omm Sean Attard.

Dan huwa garaxx li jesa’ żewġ karozza. Fih kien hemm karozza Mercedes li fiha ma kien hemm xejn. Din tuża’ omm l-akkużat u Mercedes oħra li kienet fil-garaxx li juża Sean Attard fejn fiha nstabu tliet basktijiet, simili li kienu raw fil-filmati u hemm kien hemm id-droga cannabis. 16, 11 u tmien blokkok kien hemm fit-tliet basktijiet.

Arnaud qal li wara kien ġie arrestat Carlos Pace u ftit wara Essesi. Fil-garaxx ta’ Pace instabu żewġ basktijiet li kien fihom 17 u 16-il blokka rispettivament. Tenna li meta kienu fi Triq Valletta, Qormi kienu rawh għaddew bil-mixi u dan ġie arrestat għall-ħabta tal-10am. Qalihom li fuqu m’għandu l-ebda droga, u li d-droga li kellu qal li kien tefagħha f’għalqa ġewwa San Ġwann.

Arnaud qal li hu mar ma’ Pulizija oħra faċċata tal-knisja ta’ San Ġwann fejn l-għalqa u hemm kien hemm baskett b’10 blokkok, similu għal li kien hemm fil-kontejner misruq. Tenna li grazzi għal Essesi il-baskett instab mill-ewwel għax kieku kienet diffiċli biex jinstab. Il-baskett kien ġewwa ‘garbage bag”. Tenna li kien infurmat li kienu nstabu ħames blokkok għand l-akkużat Liam Steward.

Wara xehed Raymond Agius fuq garaxx li jinsab Ħaż-Żabbar fejn huwa kien sensar. Kien iġib avviżi fuq Facebook fuq ert propjetajiet. Il-garaxx kien ta’ Bjorn Bonnici. Ma jiftakarx li min kera dan il-garaxx u mitlub jara jekk jagħarfx lil xi ħadd fl-awla fuq il-kirja, qal li m’għaraf lil ħadd.

Meta kien muri l-ktieb tal-kera qal li kien irieva mitt ewro mingħand Carlos Pace għall-kirja ta’ xahar. Wara qallu li ried li jibda jiltaqa’ mas-sid biex ikompli għaddej bil-kirja. Wara kien imiss jixhed lil Bjorn Bonnici wkoll fuq il-garaxx ta’ Ħaż-Żabbar, li huwa s-sid tiegħu.

Tenna li beda jikrij fi Frar tas-sena l-oħra u li dan kien mikri lil Carlos Pace u li ilha għaddejja mis-17 ta’ Frar u li dejjem irieva mija fix-xahar u kien iħallsu fi flus kontanti fl-uffimju tiegħu Ħaż-Żebbuġ. Huwa għaraf lil Pace fl-awla.

Wara xehed s-Surġent Joseph Gerada li flimkien mal-Ispettur Alfredo Mangion marru jarrestaw lil Carlos Pace fir-residenza tiegħu fil-Marsa. Ġew rikoverati mobile u flus kontanti, marru f’garaxx f’Ħaż-Żabbar kien qed jikri fejn niżlu ma’ Pace. Hu ma kienx preżenti imma kien infirmat li ma nstabet l-ebda sustanza tad-droga, d-dar tiegħu imma nstabbet id-droga fil-garaxx ta’ Ħaż-Żabbar. Din kienet tikkonsisti f’żewġ basktijiet ta’ 16 u 17-il blokka.

Wara xehedet omm Sean Attard, Dorianne, bil-Qorti tagħtiha t-twissija minħabba li għadha qed tiġi nvestigata mill-Pulizija. Il-Qorti staqsitha wkoll jekk tridx tixhed fil-konfront ta’ binha. Hawn il-prosekuzzjoni qalet lill-Qorti li ma hemm xejn kontriha.Mistoqsija wkoll jekk tixtieqx tixhed fil-preżenza ta’ avukat, hija wieġbet fl-affermattiv. Il-Maġistrat Elaine Rizzo qalet li hija mhux se tixhed fil-jum tat-Tlieta sakemm issib avukat li jakkumpanjaha.

Sean Attard, li jaħdem bħala security guard, għandu jiddefenduh lill-Avukati Franco Debono u Matthew Xuereb; Carlos Pace, li huwa xufier tat-taxi, u Cleaven Pace, li ma jaħdimx, għandhom jiddefenduhom lill-Avukati Franco Debono, Adreana Zammit u Marion Camilleri waqt li Yousef Essesi, li huwa tattooist, qed jidher għalih l-Avukat Amadeus Cachia.

Għal Christa Gauci qed jidhru l-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Adreana Zammit. Għal Liam Stewart qed jidhru l-Avukati Franco Debono u Adreana Zammit. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Mark Anthony Mercieca, Alfredo Mangion u Jeffrey Scicluna Briffa flimkien mal-Avukat Francesca Spiteri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Fil-konfornt tal-ħames akkużati il-każ se jkompli fis-17 ta’ Marzu fil-11.30am.