Lokali

Kien hemm tliet suldati fil-barracks iżda ħadd ma ra d-droga tinsteraq

Fil-lejl tas-serqa tad-droga mill-barracks tal-AFM kien hemm xogħol tliet suldati, iżda dawn ma rawx il-ħallelin.

Hekk iddikjaraw il-Pulizija, meta fil-Qorti meta llum kompliet il-kumpilazzjoni marbuta mad-droga li nsterqet mill-barracks f’Ħal Safi. Il-Maġistrat imponiet projbizzjoni fuq l-aspetti ta’ sigurtà li hemm f’dan il-post li jaqa’ taħt l-armata.

L-avukat Franco Debono staqsa jekk kien hemm suldati stazzjonati fil-barracks li effettivament kienu qed jissorveljaw il-kontejner. L-ispettur wieġeb li kien hemm tlieta duty, iżda dawn ma rawx is-serqa.

Intqal ukoll li wieħed mis-suldati kellu r-rwol li jagħmel monitoraġġ tal-cameras tas-sigurtà.