Lokali Parlament

M’hemmx ħsieb ta’ protezzjoni tal-caldarium fl-Imġarr

Ma hemmx ħsieb li dak li possibbilment kien iservi bħala caldarium fi Żmien ir-Rumani, li jinsab fil-limiti tal-Imġarr, ikun protett u forsi ‘l quddiem isir xogħol ta’ restawr lill-caldarium kif ukoll l-għar ta’ taħtu.

Dan kien konfermat minn Owen Bonnici, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali li kien mistoqsi fil-Parlament dwar dan is-sit storiku fl-Imġarr, f’Malta, mid-Depputat Nazzjonalista Rebekah Borg.