Skont l-awtoritajiet Russi, l-Ukreni wettqu attakk kbir bid-drones matul il-lejl li għadda – attakk li kien ikkonċentrat fuq Moska u r-reġjun tal-madwar.
Żagħżugħ ta’ 28 sena nqatel u 3 persuni weġġgħu waqt dan l-attakk, li huwa kkunsidrat l-ikbar attakk li l-Ukreni wettqu fuq Moska.
Dan l-attakk seħħ sigħat biss qabel taħditiet ippjanati fl-Arabja Sawdija bejn uffiċjali Ukreni u Amerikani, fejn il-Kap tal-Uffiċċju ta’ Zelenski Andriy Yermak, mistenni jitkellem mas-Segretarju tal-Istat Amerikan Marco Rubio.
Din il-laqgħa bejn iż-żewġ delegazzjonijiet qed issir wara li x-xahar li għadda kien hemm konfront bejn Zelensky u Trump fil-White House, u wara li l-Istati Uniti waqqfet l-għajnuna militari lill-Ukrajna.
//= $special ?>