West Ham United 0 Newcastle United 1
Gowl f’nofs it-tieni taqsima kien biżżejjed għal Newcastle sabiex jiksbu fil-London Stadium, rebħa barra minn darhom kontra avversarju skomdu. Bl-14-ir rebħa, Nwewcastle telgħu fis-sitt post b’47 punt daqs Manchester City u fl-istess waqt qabzu lil Brighton u Aston Villa.
West Ham bit-13-il telfa nizlu fis-16-il post bi 33 punt daqs Everton.
Minkejja li matul l-ewwel taqsima, Newcastle kellhom aktar pussess, rari impenjaw serjament lil Alphone Areola bir-riżultat li l-ewwel taqsima ntemmet 0 – 0
Fit-tieni taqsima l-andament baqa’ l-istess sal-mument li Newcastle marru fil-vantaġġ. Fit-63 minuta minn azzjoni ta’ Harvey Barnes, kien BRUNO GUMARAES li għeleb lil Alphone Areola. Vantaġġ minimu li Newcastle ddefendew sa tmiem il-partita dovut għall-fatt li Nick Pope rari kien impenjat serjament.
//= $special ?>