Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Spiċċajna f’sitwazzjoni fejn ikollok tagħmel dejn enormi għal dar” – Josef Bonnici

Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Josef Bonnici, Eks Ministru tal-Ekonomija kif ukoll Eks Gvernatur tal-Bank Ċentrali, dan filwaqt li llum huwa Professur fl-Università ta’ Malta.

Filwaqt li miegħu se nkunu qed nitkellmu dwar l-impenn tiegħu lejn Malta, mhux biss f’kuntest politiku imma wkoll f’kuntest ekonomiku, se nkunu qed nagħtu ħarsa lejn is-snin bikrija kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna.

“Eddie kien kapaċi biżżejjed biex jipperswadi għaqda”.

Il-ħidma tiegħu ma’ Eddie Fenech Adami kienet bil-bosta, fosthom fil-proċess ta’ Malta biex insiru parti mill-Unjoni Ewropea, u l-miżuri u d-deċiżjonijiet li ttieħdu biex inkunu konformi bħala nazzjon biex nagħmlu dan.

Miegħu se nitħaddtu wkoll fuq x’għamel bħala Gvernartur tal-Bank Ċentrali u anki x’ħeġġeġ biex isir f’perjodi iebsa biex l-ekonomija ma tbatix daqshekk, xi ħaġa li ż-żmien tah raġun, speċjalment fi żmien l-imxija tal-Covid.

PROFILI, illejla fit-8.30pm fuq NET TV, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Gail Mallia.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.