Sport

Seminar ta’ kickboxing minn Master Noel Mercieca

Master Noel Mercieca, mit-Team Noel Fight and Fitness, se jerġa’ jorganizza seminar ta’ kickboxing ta’ ġurnata maqsum f’żewġ sessjonijiet nhar is-Sibt, 15 ta’ Marzu, fl-Intercontinental Hotel San Ġiljan, waħda filgħodu mill-10 am sa 12 pm u l-oħra waranofsinhar bejn is-2 pm u l-4 pm wara l-waqfa tal break.

Kif kien għamel f’seminars oħra fil-passat, master Noel stieden figura leġġendarja fl-arti
marzjali u l-kickboxing, Andy Souwer sabiex imexxi dan s-seminar. Andy Souwer, li huwa
Olandiż u eks kickboxer imwieled fid-9 ta’ Novembru 1982, huwa wieħed mill-kickboxers l-aktar influwenti fl-istorja, eks champion dinji ta’ It’s Showtime 70MAX, u erba’ darbiet champion tat-tournaments mondjali Shoot boxing u żewġ titli K-1 World MAX bejn l-2005 u l-2007.

Għalhekk, dawk l-atleti kollha tal-kickboxing li se jkunu qed jipparteċipaw f’dan is-seminar għandhom isibu ġurnata mimlija taħriġ u tagħlim ta’ tekniki strumentali mil-leġġenda nnifsu, Andy Souwer. Filwaqt għal dawk l-oħrajn li għadhom qed jaħsbu dwarha, għandhom jieħdu din l-opportunità u jikkuntattjaw lil Mastru Noel Mercieca sa nhar il-Ġimgħa 14, fuq in-numru 79208283 jew l-indirizz elettroniku noelmercieca75@gmail.com.