Sport

Swieqi United u St Andrew’s jibqgħu b’punti massimi

Ritratti: Nicolas Falzon

Swieqi United u St Andrew’s baqgħu b’punti massimi fil-klassifika tas-sezzjoni rispettiva tagħhom hekk kif intlagħbet ir-raba’ ġurnata tal-Maltese Cross Futsal Cup.

F’sezzjoni A, Swieqi għelbu lil Marsaskala 5-1 fil-logħba diretta għall-ewwel post. LiverMalt laħqu lill-Università ta’ Malta b’sitt punti fil-klassifika wara li rebħulhom 5-2. Mill-banda l-oħra Col Magic ħadu walk-over ta’ 3-0 kontra Malta Matadors.

F’sezzjoni B, St Andrew’s komplew jirbħu wara skor ta’ 13-5 kontra AFC Super. Fit-tieni post hemm Ħamrun SC li għelbu lil Gżira SC 8-4 f’logħba ferm interessanti filwaqt li Santa Margherita kisbu t-tielet rebħa tat-tournament wara skor ta’ 12-8 kontra Blackbulls.

KLASSIFIKA – SEZZJONI A

Swieqi United 12; Marsaskala 9; University of Malta 6; LiverMalt 6; Col Magic 3;, Matadors 0,

KLASSIFIKA – SEZZJONI B

St Andrew’s 12; Ħamrun 9; Santa Margherita 9; Gżira Utd SC AFC Super 3; Blackbulls 0.