Lokali Parlament

53.3% nisa u 46.7% irġiel servew fil-Qorti bħala ġurat

Il-perċentwal ta’ rġiel u ta’ nisa li servew bħala ġurat matul is-sena 2024 kien ta’ 53.3% nisa u 46.7% irġiel. ll-perċentwal ta’ ġurati li l-età tagħhom kienet ta’ ‘l fuq minn sittin sena kien ta’ 13.3%.

Din l-informazzjoni ta fil-Parlament il-Ministru Jonathan Attard għal talba tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.

Jirriżulta wkoll mill-istes mistoqsija parlamentari li matul is-sena 2024 saru 18-il talba sabiex ġurat jiġi eżentat b’mod permanenti. 14-il talba minnhom ġiet milqugħa u erba’ talbiet oħra ġew miċħuda.