Net News waslu għandu aktar leaks mill-qalba taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista – din id-darba f’forma ta’ recordings.
Din is-saga l-ġdida tipponta lejn wieħed mill-Ministri ewlenin tal-Gvern.
Il-leaks mill-qalba tal-Labour żdiedu sew fl-aħħar sentejn, u ħafna kanvasers tal-Ministri mhu jiddejqu xejn jitkellmu ma’ dan l-istazzjon. Anke minħabba l-fatt li Robert Abela issa ħa l-fama li jimxi ma’ Ministri differenti b’mod differenti.
Ir-recordings li waslu għan Net News huma estensivi, u siltiet minnhom se jkunu qed jixxandru aktar tard illejla.
//= $special ?>