Il-Gvern Laburista għad irid jgħid kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew l-assessment tal-educational psychologist u x’inhi d-data tal-iktar referral antika li għad hemm bħalissa.
Il-Ministru Clifton Grima qal fil-Parlament għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ, li din l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
L-istess risposta ta l-istess Ministru fil-Parlament lill-istess Deputat Nazzzjonlista dwar kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew l-assessment tal-Istatementing Board u dwar id-data tal-iktar applikazzjoni antika bħalissa.
//= $special ?>