Ftit tal-ħin ilu, il-Gvern imblokka l-proposti tant importanti li kien ressaq il-Partit Nazzjonalista sabiex bħala pajjiż niġġieldu l-għoli tal-ħajja. Dan hekk kif id-deputati tal-Gvern ivvutaw KONTRA l-mozzjoni kif imressqa oriġinarjament mill-Kap tal-PN Bernard Grech.
Fl-istess seduta, il-Prim Ministru Robert Abela baqa’ għaddej bil-pjan tiegħu li jimblokka l-Inkjesti Maġisterjali. Fil-fatt, l-emendi fil-liġi li tressqu b’għaġġla u mingħajr konsultazzjoni… għaddew mill-Parlament, bid-deputati kollha tal-Oppożizzjoni jivvutaw kontra.
//= $special ?>