Lokali Parlament

Il-Gvern ma jweġibx dwar l-impjegati li jaħdmu mal-kuntrattur

Il-Gvern ma qalx jekk l-impjegati li jaħdmu mal-kuntrattur fil-faċilità San Vincenz de Paul humiex qed jirċievu l-istess remunerazzjoni, salarji, benefiċċji bħall-impjegati kollha l-oħra li jaħdmu mal-Gvern.

Din il-mistoqsija saret fl-Parlament mid-Deputat Nazzjonalista  Paula Mifsud Bonnici lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva li wieġeb biss li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.