Il-Kunsill Nazzjonali Żgħażagħ ħatar eżekuttiv ġdid għas-sentejn li ġejjin.
L-NGO tqis lilha nfsiha bħala organizzazzjoni totalment mhux partiġjana, iddedikata totalment għal ħarsien taż-żgħażagħ minn 13 sa 35 sena residenti Malta u Għawdex.
L-Eżekuttiv il-ġdid tal-KNŻ huwa s-segwenti:
President – Cherise Sultana
Vice President – Michaela Vassallo
Secretary General – Laura Chetcuti Dimech
Financial Officer – Jeanelle Aquilina
National Officer – Francesca Giudice
Advocacy Officer – Elisa Micallef Peplow
International Officer – Sarah Xuereb
Public Relations Officer – Isaac Bondin
Youth Community Officer – Francesco Gellel
Ġie spjegat li l-għan tagħhom hu biex iħarsu u jindirizzaw l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħ, biex jifformaw pontijiet u joħolqu opportunitajiet ġodda kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna. Dan b’mod partikolari għall-aktar emarġinati.
L-uffiċċjali eletti ġodda spjegaw li se jkunu qed ikomplu fuq il-ħidma tal-predeċessuri tagħhom biex isaħħu r-relazzjonijiet mal-awtoritajiet u l-istakeholders oħrajn fosthom; Aġenzija Żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet studenteski u kunsilli lokali biex jissoktaw fil-ħidma favur is-soċjetà.
//= $special ?>