Lokali

Il-Parlament isellem lit-Tabib John Vella

Bniedem umli, leali u onest.

Kien dan il-mod li bih il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sellem lit-Tabib John Vella, waqt diskors ta’ kondoljanzi li twassal fil-Parlament.

Bernard Grech spjega kif Vella, li kien Deputat Nazzjonalista fil-Parlament għal 22 sena sħaħ, dejjem serva lil pajjiżu u lill-Partit Nazzjonalista li tant kien iħobb.

Huwa ddeskriva lit-Tabib Vella bħala bniedem leali lejn pajjiżu… u bniedem onest fil-ħidma politika u professjonali tiegħu. Bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jappella lill-politiċi kollha sabiex jimitaw il-karattru, l-istil u anke l-valuri tat-Tabib Vella.

Din it-tislima twasslet hekk kif il-Parlament kollu ngħaqad għal dawn il-kondoljanzi, wara l-mewt ta’ John Vella ftit tal-jiem ilu.

Preżenti fil-Parlament kien hemm il-familja tiegħu, inkluż martu Simone.