Lokali Parlament

Il-PN jivvota favur il-Maltin u l-Għawdxin u l-Labour favur tal-qalba; evidenti d-differenza bejn iż-żewġ partiti

Il-Partit Nazzjonalista dejjem se jkun il-vuċi tal-poplu, int jixraqlek aħjar!

Il-poplu Malti għandu ċertifikat fuq id-differenza ċara bejn iż-żewġ partiti. Partit Nazzjonalista li jrid itejjeb il-ħajja tan-nies u Gvern Laburista li jrid itejjeb il-ħajja tiegħu biss filwaqt li jipproteġi lil dawk qrib tiegħu.

Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ftit tal-ħin wara li l-Parlament ivvota fuq żewġ Mozzjonijiet – waħda mressqa mill-Gvern Laburista biex ineħħi d-dritt taċ-ċittadini li jitolbu inkjesta maġisterjali, u l-oħra mressqa mill-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni b’soluzzjonijiet għall-kriżi tal-għoli tal-ħajja.

“Il-Partit Nazzjonalista jpoġġi lil Maltin u l-Għawdxin fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet tiegħu waqt li l-Gvern irid biss ineħħi d-drittijiet tal-poplu. Gvern li jrid jaħbi l-verità” – Bernard Grech.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Bernard Grech fakkar kif pajjiżna kiseb l-agħar riżultati fl-istorja fil-kodiċi tal-korruzzjoni u Robert Abela, flok jagħmel ħiltu biex il-perċezzjoni ta’ pajjiżna titjieb qed jiġi fil-Parlament jkompli jiggrava s-sitwazzjoni.

Dan huwa Prim Ministru li qed jibqa fuq in-naħa ta’ dawk li jisirqu, sostna Bernard Grech, filwaqt li Partit Nazzjonalista jibqa’ fuq in-naħa tal-poplu.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna kif dwar ir-riformi fl-Inkjesti Maġisterjali mhux biss il-PN huwa kontra imma anka l-Kamra tal-Kummerċ, il-Kamra tal-Avukati, il-Malta Employers kif ukoll l-għaqda tal-istudenti tal-liġi fost ħfna oħrajn.

“Kien għalhekk li l-membri kollha tal-Partit Nazzjonalista ivottaw kontra din l-emenda”.

Jekk il-Gvern se jneħħi dan id-dritt, Gvern ġdid Nazzjonalista se jerġa jdaħħal lura dan id-dritt, żied jgħid Bernard Grech.

Dwar il-mozzjoni tal-għoli tal-ħajja, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fakkar kif anka il-General Workers’ Union qablet magħhom. Dan hekk kif il-Partit Nazzjonalista jixtieq li l-ħajja ta’ kull individwu titjieb.