Il-President tal-Polonja, Andrzej Duda, permezz ta’ ittra ‘speċjali’, talab lill-Mexxejja kollha tal-Istati-membri tan-NATO biex iżidu l-infiq fuq id-difiża minn tnejn għal talanqas tlieta fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku (GDP).
Is-sejħa saret meta l-Polonja qed tfakkar is-26 sena bħala membru sħiħ tal-Alleanza tal-Punent li twaqqfet wara t-Tieni Gwerra Dinjija, bil-ħsieb li tevita aktar konflitti madwar il-kontinent bis-saħħa ta’ sistema ta’ difiża kollettiva għall-pajjiżi membri.
Intant, il-President Duda irid li l-Mexxejja tal-21 Stati-membri l-oħra tan-NATO jespandu l-Armati rispettivi waqt li jappoġġjaw lill-Alleanza matul is-summit (tan-NATO) li jmiss u li se jsir fl-Olanda.
Il-President Pollakk kompla li ‘ma teżistix Ewropa b’saħħitha mingħajr l-Istati Uniti u n-NATO’ u meta daqstant ieħor ‘l-Alleanza tal-Punent tiddgħajjef mingħajr il-preżenza tal-Istati Ewropej impenjati għall-istabbilità u l-ħarsien tas-sigurtà’.
L-issue dwar il-ħtieġa li l-pajjiżi jżidu n-nefqa fuq id-difiża għadha tkun indirizzata minn Mark Rutte, is-Segretarju-Ġenerali tan-NATO, waqt is-summit li jmiss f’The Hague – u bil-President Duda qed jisħaq li ‘spiċċa ż-żmien għad-diskors, fost il-ħtieġa li l-Alleanza tieħu deċiżjonijiet immedjati’.
//= $special ?>