Il-Belt Valetta ġiet deskritta bħala Mekka tad-Droga. Iżda anke dwar dan, il-Kabinett ta’ Abela jinsab maqsum – min jgħid ħaġa, u min jgħid oħra.
Din is-saga bdiet wara li it-Times żvelat kif is-sitwazzjoni inkwetanti fejn numru kbir ta’ persuni f’bars fil-Belt qed ikunu fi kjuwijiet biex jidħlu fit-toilets jiġbdu l-coke. Bis-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea jgħidilna li din hija pjaga mondjali u mhux f’Malta biss.

Dan, minkejja l-fatt li l-problema f’Malta mhux biss kibret iżda spiċċajna bil-Belt Kapitali deskritta bħala mekka tad-droga. Iżda għas-Segretarju Parlamentari…dan huwa biss diskors negattiv.
Minn naħa l-oħra l-Ministru Silvio Schembri quddiem din id-dikjarazzjoni xokkanti tat-Times…u li dwara ħarġu stqarrija anka l-MHRA, qal li hu ma sema xejn.
Glenn Bedingfeild minn naħa tiegħu iddeskriva l-infurzar mill-Pulizija qisha sitwazzjoni ta’ cat and mouse.

Intant kien biss il-Ministru Jo Etienne Abela illi qalilna ċar u tond li din hija sitwazzjoni inkwetanti; madnakolla bħal kumplament tal-membri l-oħra tal-Kabinett ma qalilnix kif il-Gvern jista’ jibda jindirizza din il-problema.
