Lokali Qorti

Jammetti li kellu fil-pusses tiegħu pornografija tat-tfal

Raġel ammetta li kellu fil-pussess tiegħu pornografija ta’ minorenni taħt l-età ta’ disa’ snin. Ir-raġel ta’ 27 sena, li ma jistax jissemma taħt ordni tal-Qorti, wieġeb ħati ta’ żewġ akkużi separati relatati mal-pussess ta’ ritratti indiċenti ta’ tfal.

Skont il-liġi Maltija, huwa jista’ jeħel il-ħabs bejn perjodu ta’ sentejn sa disa’ snin. Il-Qorti, immexxija mill-Maġistrat Monica Vella, ħadet nota tal-ammissjoni tiegħu u aċċettat li tordna li jsir rapport ta’ qabel is-sentenza wara talba mill-avukati tar-raġel.

Il-Qorti qablet ukoll li tagħti lir-raġel il-libertà proviżorja taħt superviżjoni, kontra garanzija personali ta’ €3,000 u depożitu ta’ €1,000. Ir-raġel huwa wkoll suġġett għal curfew impost mill-Qorti u jrid jiffirma l-għassa tal-Pulizija darbtejn fil-ġimgħa.

L-Ispetturi tal-Pulizija Carl Pace u Wayne Buhagiar mexxew il-prosekuzzjoni. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Adreana Zammit servew bħala avukati tad-difiża.